Reviews

Joe Camilleri, 'Recent Insights - Wirja minn Mark Sagona',
In Ghawdex Illum produced by Citadel Video Communications for Television Malta
24 January 2004

L-arti viziva minn dejjem kienet strumentali biex tigbed l-attenzjoni tac-cittadini lejn il-gawhriet ambjentali. Dan l-apprezzament ta’ nhawi tipici ghadu validu fost l-artisti kontemporanji. Kull artist ihares lejn il-pajsagg mil-lenti partikulari tieghu u jaghti nterpretazzjoni personalizzata ta’ l-ambjent. Bhalissa, fil-Banka tal-Gurati tar-Rabat, Ghawdex, qed naraw wirja ta’ 24 bicca pittura ta’ l-artist zaghzugh Ghawdxi, Mark Sagona. Dawn ix-xogholijiet juruna kif Sagona jhares lejn il-pajsagg.

B’eccezzjoni ta’ zewg xoghlijiet, Mark Sagona jigbed il-lehma tieghu mill-inhawi komuni u ordinarji ta’ pajjizna. Huma dehriet li forsi nehduhom bhala xi haga tas-soltu daqskemm drajniehom ma’ wiccna u daqskemm drajna narawhom ittrattati fl-arti viziva. Fix-xoghol ta’ Mark Sagona m’hemm l-ebda xeni ta’ pajsagg gdid. L-originalita’ tinsab fl-interpretazzjoni li l-artist jaghti lil dan ix-xenarju. Il-kampanja Ghawdxija bl-ghelieqi mtarrga tipprovdi tmewwig taht xemx li ddawwal. Is-swar kburin tal-belt il-qadima, knejjes barokki jew neo-gotici jisseqqru nobbli u dinjituzi minn fuq il-linja rregolari tal-bini, minn fuq quccata ta’ gholja jew qishom jinbtu b’mod naturali minn ambjent miftuh. Bahar, art u sema jafu joholqu spazji diversi u fl-istess hin jitwahhdu fi spazju wiehed.

Huwa spazju reali daqskemm huwa wiehed magiku. Fil-fatt, l-ewwel impressjoni li sammru fuqi dawn ix-xogholijiet hi ta’ dehriet fantastici, dehriet qishom maqlugha mill-kotba mlewna tal-hrejjef fejn l-intellett u l-emozzjoni jkunu hadmu iktar mill-element viziv. Mark Sagona ghandu wkoll percezzjoni personalizzata hafna ta’ l-inhawi fejn jghix jew ta’ l-ambjent usa’ marbut ma’ l-esperjenzi tieghu.

Kif jixhed l-isem li bih Sagona ghammed il-wirja, ix-xoghlijiet ghall-wiri m’humiex biss dehriet tal-wicc. L-artist sejhilhom Recent Insights ghax b’mohhu u b’qalbu jidhol u jinfed fir-ruh tan-natura u fl-istrutturi li sawwar il-bniedem biex finalment inholqu dawn id-dehriet li ghandhom mhux biss wicc, izda lehen u spirtu.

Ghalhekk, in-natura lokalizzata bl-izvilupp kollu li sar fihan tinbidel f’metamorfosi spiritwali, f’sensazzjoni vizwali daqskemm interna, ippurifikata fil-forma, fl-atmosfera u fil-kulur. Fuq kollox, tinbidel f’konferma ta’ stat ta’ bilanc tekniku u kromatiku li jirrifletti stat ta’ ekwilibriju ntern fl-artist. F’dawn ix-xogholijiet, in-natura ma tkellimniex bis-seher taghha; hu l-pittur li jiskopri dan is-seher u jirrendih fl-idjoma personali tieghu. Is-sors ta’ l-ispirazzjonijiet, jigifieri l-inhawi li soltu naraw bl-ghajnejn reali ma jibqghux li jkunu imma jinbidlu fi prodott artistiku, imlewwen u poetiku.

Id-dehriet jinbidlu f’analizi ta’ strutturi u forom geometrici bazici. L-ispazji jitqiesu f’relazzjoni ma’ xulxin. Dan jghodd mhux biss ghall-art u l-bahar, izda wkoll ghas-sema msahhab li hafna drabi hu ttrattat ukoll bhal tlaqqigh ta’ rqajja’ fi spazju. Il-kulur hu ppurifikat u mwassal ukoll f’relazzjonijiet armonjuzi li jnisslu sens ta’ trankwillita’ u kalma spiritwali, jew f’dawk komplimentari li joholqu sens ta’ tishih u forza.

Huwa wkoll permezz tal-kulur li Sagona johloq pjani u jaghti fond lill-kwadri tieghu. Fuq il-passi ta’ Cezanne, Mark Sagona jalterna minn ilwien shan ghal dawk keshin. L-ghajn taqbez minn pjan ghall-iehor u tasal fejn trid tasal. Hija perspettiva ottika, friska u mpressjonanti.

Huwa wkoll permezz tal-kulur li jinholqu livelli diversi fil-kwadri. Id-dawl jigi minn sors wiehed, jahsel kullimkien u jixghel b’ilwien b’mod li jirriflettu l-atmosfera Mediterranja. Sagona jsahhah iktar dawn il-partijiet imdawla ghax jibniehom b’velaturi u jhalli lewn jippenetra minn taht l-iehor. Id-dawl qawwi johloq ukoll dellijiet qawwija. Huma wkoll dellijiet imlewna ghax fid-dell hem mil-kulur. L-alterazzjoni bejn dawl u dell tissokta tissahhah iktar bl-istess elementi kontrastanti.

Ghal Mark Sagona, ir-realta’ oggettiva tinbidel f’wahda suggettiva. Dak li jidher bl-ghajnejn normali jsir qisu irreali. Ghax taht il-qoxra ta’ wicc in-natura, Sagona jiskopri ruh imlewna u lluminata. B’hekk, dak li hu komuni u ordinarju jinbidel f’metafora ta’ fantasija poetika. Il-gebel ixheb ta’ l-imqades megalitici jsir paletta ta’ lwien li tissimbolizza epoka ta’ glorja kkulurita. Il-kampanja umli ssir art is-seher. Bosta drabi minn fuq it-tila tghaddi faxxa vertikali jew kwazi djagonali ta’ velatura b’lewn hamrani jew kahlani. Hija teknika kuraggjuza li tissokta tohloq sens ta’ kurzita’ inkwizittiva u analitika. Tintrabat sewwa u tkangi ma’ kull kompozizzjoni waqt li fl-istess hin tista’ ssir karatteristika distintiva f’xoghol l-artist.

Ix-xejra esplorattiva fil-forom, l-istrutturi, l-ilwien u r-ritmi ta’ dawn il-kwadri hija kontinwazzjoni b’mod differenti tat-tiftix analitiku li Sagona kien wera fl-ewwel wirja personali tieghu bl-isem Analytical Forms. Nahseb li Mark Sagona miexi fi process naturali ta’ simplifikazzjoni fil-forma u l-lewn li ma jdumx ma jwasslu f’interpretazzjonijiet astratti.
 

Joe Camilleri is the regular art critic of the television programme Ghawdex Illum (Citadel Video Communications) which is aired weekly on Television Malta.

Copyright © 2005 marksagona.com. All Rights Reserved.

Close Window